Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0312

Kawża C-312/18 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2018 minn Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-361/17, Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 231, 2.7.2018, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201806150381954972018/C 231/203122018CJC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180511171711

Kawża C-312/18 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2018 minn Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-361/17, Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux vs Il-Kummissjoni Ewropea

Top

C2312018MT1710120180511MT0020171171

Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2018 minn Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-361/17, Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-312/18 P)

2018/C 231/20Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH, Société traitements chimiques des métaux (rappreżentanti: M. Brealey QC, I. Vandenborre, avukat, S. Dionnet, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-361/17, Eco-Bat Technologies et vs Il-Kummissjoni;

tiddikjara r-rikors tal-appellanti rreġistrat bħala Kawża T-361/17 bħala ammissibbli;

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-penalità imposta mill-Kummissjoni bid-deċiżjoni inizjali kif emendata bid-deċiżjoni ta’ rettifika;

tikkunnna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeterminat id-data ta’ referenza billi kkunsidrat id-deċiżjoni inizjali, mhux kompleta, minflok id-deċiżjoni sħiħa u finali, korretta u kompleta f’kull aspett (b’mod partikolari f’dawk l-aspetti li huma s-suġġett tal-appell). Billi għamlet dan, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet fundamantali tal-appellanti (b’mod partikolari d-dritt tad-difiża tagħha). Persuna għandha dritt li jkollha t-terminu ta’ preskrizzjoni disponibbli b’mod sħiħ mid-data tad-deċiżjoni li temenda sostantiva. Il-Qorti Ġenerali wkoll interpretat b’mod żbaljat l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba meta assumiet li l-appellanti jmissha bbażat ruħha fuq preżunzjonijiet sabiex tifhem b’mod sħiħ kif il-Kummissjoni waslet għall-ammont tal-multa.

Top