Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0297

    Kawża C-297/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-2 ta Mejju 2018 – Humbert Jörg Köfler et

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-2 ta Mejju 2018 – Humbert Jörg Köfler et

    (Kawża C-297/18)

    (2018/C 301/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesverwaltungsgericht Steiermark

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper

    Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Murtal

    Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi liġi nazzjonali li, għal ksur imwettaq b’negliġenza, tipprevedi, mingħajr ma tistabbilixxi limiti, multi amministrattivi ta’ ammont għoli, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għoljin, u, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, pieni ta’ priġunerija ta’ diversi snin?


    Top