This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0619
Case C-619/18: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 24 June 2019 — European Commission v Republic of Poland (Failure of a Member State to fulfil obligations — Second subparagraph of Article 19(1) TEU — Rule of law — Effective judicial protection in the fields covered by Union law — Principles of the irremovability of judges and judicial independence — Lowering of the retirement age of Supreme Court judges — Application to judges in post — Possibility of continuing to carry out the duties of judge beyond that age subject to obtaining authorisation granted by discretionary decision of the President of the Republic)
Kawża C-619/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Ġunju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE — L-istat tad-dritt — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni — Prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin — Tnaqqis tal-età tal-irtirar tal-imħallfin tal-Qorti Suprema — Applikazzjoni għall-imħallfin fil-kariga — Possibbiltà ta’ tkomplija tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-imħallef lil hinn minn din l-età suġġetta għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni diskrezzjonali tal-President tar-Repubblika”)

ĠU C 280, 19.8.2019, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Ġunju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-619/18) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - L-istat tad-dritt - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - Prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin - Tnaqqis tal-età tal-irtirar tal-imħallfin tal-Qorti Suprema - Applikazzjoni għall-imħallfin fil-kariga - Possibbiltà ta’ tkomplija tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-imħallef lil hinn minn din l-età suġġetta għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni diskrezzjonali tal-President tar-Repubblika”)
(2019/C 280/11)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks, H. Krämer u S. L. Kalėda, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Majcher u S. Żyrek, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Minn naħa, billi tipprevedi l-applikazzjoni tal-miżura intiża sabiex titnaqqas l-età tal-irtirar tal-imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) għall-imħallfin fil-kariga li kienu nħatru f’din il-qorti qabel it 3 ta’ April 2018 u, min-naħa l-oħra, billi taw lill-President tar-Repubblika s-setgħa diskrezzjonali sabiex jestendi l-funzjoni ġudizzjarja attiva tal-imħallfin ta’ din il-qorti lil hinn mill-età tal-irtirar stabbilita mill-ġdid, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |
3) |
L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |