This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TB0577
Case T-577/17: Order of the General Court of 2 July 2018 — thyssenkrupp Electrical Steel and thyssenkrupp Electrical Steel Ugo v Commission (Action for annulment — Customs union — Authorisation for inward processing — Risk of adverse effect on the essential interests of EU producers — Article 211(6) of Regulation (EU) No 952/2013 — Examination of the economic conditions — Scope of the Commission’s conclusions — Act not open to challenge — Inadmissibility)
Kawża T-577/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2018 – thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Unjoni Doganali — Awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv — Riskju ta’ effett ħażin għall-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni — Artikolu 211(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 — Eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi — Portata tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)
Kawża T-577/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2018 – thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Unjoni Doganali — Awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv — Riskju ta’ effett ħażin għall-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni — Artikolu 211(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 — Eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi — Portata tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)
ĠU C 301, 27.8.2018, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/34 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2018 – thyssenkrupp Electrical Steel u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-577/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Unjoni Doganali - Awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv - Riskju ta’ effett ħażin għall-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni - Artikolu 211(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 - Eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi - Portata tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))
(2018/C 301/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: thyssenkrupp Electrical Steel GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja) u thyssenkrupp Electrical Steel Ugo (Isbergues, Franza) (rappreżentant: M. Günes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fil-minuti tas-sitt laqgħa tat-taqsima “Proċeduri speċjali għajr it-tranżitu” tal-grupp ta’ esperti doganali tat-2 ta’ Mejju 2017 fejn ġie deċiż li m akienx hemm riskju li l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni jiġu effettwati ħażin minn awtorizzazzjoni ta’ ipproċessar attiv ta’ ċerti prodotti tal-azzar elettriku orjentat fuq fili mitluba minn Euro-Mit Staal BV.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Euro-Mit Staal BV. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn thyssenkrupp Electrical Steel GmbH u minn thyssenkrupp Electrical Steel Ugo. |
4) |
Euro-Mit Staal BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal intervent. |