Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0617

    Kawża T-617/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni — Stat terz — Kuntratt pubbliku nazzjonali — Amministrazzjoni deċentralizzata — Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali — Investigazzjonijiet tal-OLAF — Dannu morali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2185/96 — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Aspettativi leġittimi — Proporzjonalità — Dritt għal smigħ”)

    ĠU C 295, 2.9.2019, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 295/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-617/17) (1)

    (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni - Stat terz - Kuntratt pubbliku nazzjonali - Amministrazzjoni deċentralizzata - Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali - Investigazzjonijiet tal-OLAF - Dannu morali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2185/96 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Aspettativi leġittimi - Proporzjonalità - Dritt għal smigħ”)

    (2019/C 295/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Vialto Consulting Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, J. Baquero Cruz u J. Estrada de Solà, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba illegalitajiet li twettqu, minn naħa, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) waqt spezzjoni li saret fil-bini tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, mill-Kummissjoni Ewropea insegwitu tal-imsemmija spezzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Vialto Consulting Kft. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


    Top