Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0323

Kawża T-323/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Martinair Holland vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza tal-Kummissjoni – Ksur uniku u kontinwu – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 207, 23.5.2022, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 23.5.2022, p. 21–21 (GA)

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Martinair Holland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-323/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 207/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Martinair Holland NV (Haarlemmermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Smeets, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali, tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Kawża AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

3)

Martinair Holland NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


Top