Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0177

Kawża T-177/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Ask it konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitt ta’ interess – Subappalt”)

ĠU C 95, 28.2.2022, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 8–8 (GA)

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Ask it konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas - Spejjeż eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitt ta’ interess - Subappalt”)

(2022/C 95/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, T. Adamopoulos u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615292 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrent kellu jirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 211 185,95 mis-sussidju rċevut minnu għal studju fuq il-proġett ta’ riċerka msejjaħ Ask-it, huwa infondat fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 89 126,11 u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrent ma huwiex obbligat li jirrimborsa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


Top