Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0640

Kawża C-640/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Portugall) fis-16 ta’ Novembru 2017 – Luís Manuel dos Santos vs Fazenda Pública

ĠU C 42, 5.2.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Portugall) fis-16 ta’ Novembru 2017 – Luís Manuel dos Santos vs Fazenda Pública

(Kawża C-640/17)

(2018/C 042/08)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luís Manuel dos Santos

Konvenut: Fazenda Pública

Domanda preliminari

Il-prinċipju tal-moviment liberu ta’ merkanzija bejn Stati Membri, stabbilit fl-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jipprekludi regola tad-dritt nazzjonali, b’mod speċifiku l-Artikolu 2(1)(b) taċ-CIUC (1), interpretata fis-sens li tipprovdi li t-taxxa unika tat-triq ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni d-data tal-ewwel reġistrazzjoni meta din issir fi Stat Membru ieħor, iżda għandha tieħu biss inkunsiderazzjoni d-data ta’ reġistrazzjoni fil-Portugall, jekk din l-interpretazzjoni tagħti lok għal tassazzjoni ogħla tal-vetturi importati minn Stat Membru ieħor?


(1)  Código do Imposto Único de Circulação (Kodiċi dwar it-Taxxa Unika tat-Triq)


Top