EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0598

Kawża C-598/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – A-Fonds vs Inspecteur van de Belastingdienst

ĠU C 22, 22.1.2018, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – A-Fonds vs Inspecteur van de Belastingdienst

(Kawża C-598/17)

(2018/C 022/30)

Lingwa tal-kawża: l-Oldaniż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A-Fonds

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst

Domandi preliminari

1)

L-estensjoni tal-portata ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti li tirriżulta mill-fatt li persuna taxxabbli tinvoka b’suċċess id-dritt għal moviment liberu tal-kapital tal-Artikolu 56 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) tikkostitwixxi għajnuna ġdida li għandha tinftiehem bħala modifika ta’ għajnuna eżistenti?

2)

Fl-affermattiv, il-kompitu fdat lill-qorti nazzjonali mill-Artikolu 108(3) TFUE jipprekludi li l-persuna taxxabbli tingħata vantaġġ fiskali li hija intitolata għalih skont l-Artikolu 56 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE), jew il-qorti nazzjonali għandha tinnotifika lill-Kummissjoni deċiżjoni intiża li tagħti dan il-vantaġġ, jew il-qorti nazzjonali għandha twettaq kwalunkwe att ieħor jew tadotta kwalunkwe miżura oħra, fid-dawl tal-kompitu ta’ stħarriġ li hija għandha skont l-Artikolu 108(3) TFUE?


Top