Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0011

    Kawża C-11/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Aue, Zweigstelle Stollberg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2017 – Thomas Hübner vs LVM Lebensversicherungs AG

    ĠU C 112, 10.4.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Aue, Zweigstelle Stollberg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2017 – Thomas Hübner vs LVM Lebensversicherungs AG

    (Kawża C-11/17)

    (2017/C 112/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Aue, Zweigstelle Stollberg (il-Ġermanja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Thomas Hübner

    Konvenuta: LVM Lebensversicherungs AG

    Domandi preliminari

    1)

    Il-punt A tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992 (1), [moqri flimkien mat-]tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) [tad-Direttiva 90/619/KEE] (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li konsumatur huwa intitolat jikkanċella polza ta’ assigurazzjoni għall-ħajja jew ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija fi kwalunkwe żmien matul il-perijodu sħiħ tal-pagament tagħha, jekk ikun għamel pagament fil-polza għal diversi snin abbażi tal-kuntratt, mingħajr ma kien jaf bid-dritt tiegħu li jikkanċella fir-rigward ta’ dan il-kuntratt minħabba n-nuqqas min-naħa tal-kumpannija tal-assigurazzjoni għall-ħajja jew tal-assigurazzjoni għax-xjuħija li tavżah b’mod xieraq b’dan?

    2)

    Hija konformi mad-direttiva msemmija hawn fuq dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, abbażi ta’ bona fide, id-dekadenza tad-dritt ta’ konsumatur li jikkanċella meta d-detentur tal-polza li ma kienx jaf bid-dritt tiegħu li jikkanċella kuntratt, ikompli jagħmel regolarment pagamenti taħt dan il-kuntratt sakemm isir jaf b’dan id-dritt?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (“it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja”) (ĠU 1992 L 360, p. 1).

    (2)  Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li tistipula d-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (ĠU L 330, p. 50).


    Top