Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0302

    Kawża C-302/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Bratislave – is-Slovakkja) – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Għanijiet — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kwoti ttrasferiti u mhux użati għal taxxa)

    ĠU C 200, 11.6.2018, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201805250231897602018/C 200/243022017CJC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180412191911

    Kawża C-302/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Bratislave – is-Slovakkja) – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Għanijiet — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kwoti ttrasferiti u mhux użati għal taxxa)

    Top

    C2002018MT1910120180412MT0024191191

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Bratislave – is-Slovakkja) – PPC Power a.s. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

    (Kawża C-302/17) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Għanijiet — Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kwoti ttrasferiti u mhux użati għal taxxa)”

    2018/C 200/24Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

    Qorti tar-rinviju

    Krajský súd v Bratislave

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: PPC Power a.s.

    Konvenuti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky, Daňový úrad pre vybrané daňové subjekty

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tintaxxa, sa 80 % tal-valur tagħhom, il-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas li ġew mibjugħa jew li ma ntużawx mill-impriżi suġġetti għal skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.


    ( 1 ) ĠU C 269, 14.8.2017

    Top