Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0242

    Kawża C-242/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Legatoria Editoriale Giovanni Olivotto (LEGO) SpA vs Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli — Bijolikwidi użati għal installazzjoni termoelettrika — Direttiva 2009/28/KE — Artikolu 17 — Kriterji tas-sostenibbiltà tal-bijolikwidi — Artikolu 18 — Sistemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/438/UE — Skemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi approvati mill-Kummissjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-operaturi intermedjarji li jippreżentaw ċertifikati ta’ sostenibbiltà — Artikolu 34 TFUE — Moviment liberu tal-merkanzija)

    ĠU C 436, 3.12.2018, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 436/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Legatoria Editoriale Giovanni Olivotto (LEGO) SpA vs Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

    (Kawża C-242/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Bijolikwidi użati għal installazzjoni termoelettrika - Direttiva 2009/28/KE - Artikolu 17 - Kriterji tas-sostenibbiltà tal-bijolikwidi - Artikolu 18 - Sistemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/438/UE - Skemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi approvati mill-Kummissjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-operaturi intermedjarji li jippreżentaw ċertifikati ta’ sostenibbiltà - Artikolu 34 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija))

    (2018/C 436/11)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Legatoria Editoriale Giovanni Olivotto (LEGO) SpA

    Konvenuti: Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 18(7) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/438/UE tad-19 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tal-karbonju u tas-sostenibbiltà msejħa “International Sustainability and Carbon Certification” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-operaturi ekonomiċi b’kundizzjonijiet speċifiċi, differenti u iktar importanti, għaċ-ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bijolikwidi, minn dawk previsti minn skema ta’ ċertifikazzjoni volontarja tas-sostenibbiltà, bħas-skema ISCC, rikonoxxuta mill-imsemmija deċiżjoni ta’ implimentazzjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 18(4) tal-imsemmija direttiva, sa fejn din is-sistema ġiet approvata biss għal bijokarburanti u fejn l-imsemmija kundizzjonijiet jirrigwardaw biss il-bijolikwidi.

    2)

    Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 34 TFUE u l-Artikolu 18(1) u (3) tad-Direttiva 2009/28, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi sistema nazzjonali tal-verifika tas-sostenibbiltà tal-bijolikwidi li tipprevedi li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-katina tal-provvista tal-prodott, anki fil-każ ta’ intermedjarji li ma jidħlux fiżikament fil-pussess tal-bijolikwidi, huma meħtieġa għal ċerti obbligi ta’ ċertifikazzjoni, ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni li jirriżultaw minn dik is-sistema.


    (1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


    Top