Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0148

    Kawża C-148/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peek & Cloppenburg KG, Hamburg vs Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tat-trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 14 — Konstatazzjoni a posteriori tal-invalidità ta’ trade mark jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha — Data li fiha l-kundizzjonijiet tar-revoka jew tal-invalidità għandhom ikunu ssodisfatti — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 34(2) — Invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti — Effetti ta’ din l-invokazzjoni fuq it-trade mark nazzjonali preċedenti)

    ĠU C 200, 11.6.2018, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201805250131897402018/C 200/201482017CJC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180419161611

    Kawża C-148/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peek & Cloppenburg KG, Hamburg vs Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tat-trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 14 — Konstatazzjoni a posteriori tal-invalidità ta’ trade mark jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha — Data li fiha l-kundizzjonijiet tar-revoka jew tal-invalidità għandhom ikunu ssodisfatti — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 34(2) — Invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti — Effetti ta’ din l-invokazzjoni fuq it-trade mark nazzjonali preċedenti)

    Top

    C2002018MT1610120180419MT0020161161

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peek & Cloppenburg KG, Hamburg vs Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf

    (Kawża C-148/17) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tat-trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 14 — Konstatazzjoni a posteriori tal-invalidità ta’ trade mark jew tar-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha — Data li fiha l-kundizzjonijiet tar-revoka jew tal-invalidità għandhom ikunu ssodisfatti — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 34(2) — Invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti — Effetti ta’ din l-invokazzjoni fuq it-trade mark nazzjonali preċedenti)”

    2018/C 200/20Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg

    Konvenuti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf

    Dispożittiv

    L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqri flimkien mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li l-invalidità ta’ trade mark nazzjonali preċedenti jew ir-revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tagħha, li l-anzjanità tagħha tiġi invokata għal trade mark tal-Unjoni Ewropea, tista’ tiġi kkonstatata a posteriori biss jekk il-kundizzjonijiet għal din l-invalidità jew għal din ir-revoka jkunu ssodisfatti mhux biss fid-data li fiha tkun saret ir-rinunzja għal din it-trade mark nazzjonali preċedenti jew fid-data ta’ skadenza tagħha, iżda wkoll fid-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja li twettaq din il-konstatazzjoni.


    ( 1 ) ĠU C 231, 17.7.2017.

    Top