Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0066

    Kawża C-66/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu – il-Polonja) – Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś vs DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Kamp ta’ applikazzjoni — Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati — Titoli eżekuttivi li jistgħu jiġu ċċertifikati bħala titolu eżekuttiv Ewropew — Deċiżjoni dwar l-ammont tal-ispejjeż legali li tinsab f’sentenza li ma tirrigwardax debitu mhux ikkontestat — Esklużjoni)

    ĠU C 52, 12.2.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu – il-Polonja) – Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś vs DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

    (Kawża C-66/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Kamp ta’ applikazzjoni - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati - Titoli eżekuttivi li jistgħu jiġu ċċertifikati bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Deċiżjoni dwar l-ammont tal-ispejjeż legali li tinsab f’sentenza li ma tirrigwardax debitu mhux ikkontestat - Esklużjoni))

    (2018/C 052/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś

    Konvenuta: DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni eżekuttiva dwar l-ammont tal-ispejjeż legali, inkluża f’sentenza li ma tirrigwardax debitu mhux ikkontestat, ma tistax tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew.


    (1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


    Top