This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0056
Case C-56/17: Judgment of the Court (Second Chamber) of 4 October 2018 (request for a preliminary ruling from the Administrativen sad Sofia-grad — Bulgaria) — Bahtiar Fathi v Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Borders, asylum and immigration — Regulation (EU) No 604/2013 — Article 3 — Determining the Member State responsible for examining an application for international protection made in one of the Member States by a third-country national — Examination of an application for international protection without an express decision on the determination of the Member State responsible for the examination — Directive 2011/95/EU — Articles 9 and 10 — Reasons for persecution based on religion — Evidence — Iranian legislation on apostasy — Directive 2013/32/EU — Article 46(3) — Effective remedy)
Kawża C-56/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Bahtiyar Fathi vs Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Artikolu 3 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ talba għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mingħajr deċiżjoni espliċita dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina — Direttiva 2011/95/UE — Artikoli 9 u 10 — Motivi ta’ persekuzzjoni abbażi tar-reliġjon — Prova — Leġiżlazzjoni Iranjana dwar l-apostasija — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 46(3) — Rikors effettiv)
Kawża C-56/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Bahtiyar Fathi vs Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Artikolu 3 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ talba għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mingħajr deċiżjoni espliċita dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina — Direttiva 2011/95/UE — Artikoli 9 u 10 — Motivi ta’ persekuzzjoni abbażi tar-reliġjon — Prova — Leġiżlazzjoni Iranjana dwar l-apostasija — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 46(3) — Rikors effettiv)
ĠU C 436, 3.12.2018, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 436/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Bahtiyar Fathi vs Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite
(Kawża C-56/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 3 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ talba għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mingħajr deċiżjoni espliċita dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina - Direttiva 2011/95/UE - Artikoli 9 u 10 - Motivi ta’ persekuzzjoni abbażi tar-reliġjon - Prova - Leġiżlazzjoni Iranjana dwar l-apostasija - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46(3) - Rikors effettiv))
(2018/C 436/07)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bahtiyar Fathi
Konvenuti: Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jwettqu l-eżami fil-mertu ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(d) ta’ dan ir-regolament, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni espliċita ta’ dawn l-awtoritajiet li tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-kriterji previsti mill-imsemmi regolament, li r-responsabbiltà għal dan l-eżami kienet taqa’ fuq dan l-Istat Membru. |
2) |
L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn applikant għal protezzjoni internazzjonali kontra deċiżjoni li tikkunsidra bħala infondata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu, il-qorti ta’ Stat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni ma hijiex marbuta li teżamina ex officio jekk il-kriterji u l-mekkaniżmi ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni msemmija, kif stabbiliti fir-Regolament Nru 604/2013, ġewx applikati b’mod korrett. |
3) |
L-Artikolu 10(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikant għal protezzjoni internazzjonali li jinvoka, insostenn tal-applikazzjoni tiegħu, riskju ta’ persekuzzjoni għal raġunijiet ibbażati fuq ir-reliġjon ma għandux, sabiex isostni l-allegazzjonijiet tiegħu dwar it-twemmin reliġjuż tiegħu, jippreżenta dikjarazzjonijiet jew jipproduċi dokumenti dwar l-elementi kollha tal-kunċett ta’ “reliġjon”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni. Madankollu, l-applikant għandu jsostni b’mod kredibbli l-allegazzjonijiet imsemmija, billi jippreżenta provi li jippermettu lill-awtorità kompetenti tivverifika l-veraċità tagħhom. |
4) |
L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni, taħt piena ta’ eżekuzzjoni jew ta’ priġunerija, ta’ aġir li jmur kontra r-reliġjon tal-Istat tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali tista’ tikkostitwixxi “att ta’ persekuzzjoni”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm tali projbizzjoni tkun, fil-prattika, infurzata b’tali sanzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |