Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0408

    Kawża T-408/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 — HX vs Il-Kunsill

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/46


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 — HX vs Il-Kunsill

    (Kawża T-408/16)

    (2016/C 419/62)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Rikorrent: HX (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: S. Koev, аvukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tikkonstata li r-rikors huwa ammissibbli u fondat fl-intier tiegħu u li l-motivi kollha invokati fir-rikors huma ġġustifikati;

    tissuġġetta r-rikors għall-proċedura mħaffa;

    tiddikjara li l-atti kkontestati jistgħu jiġu annullati parzjalment sa fejn il-partijiet tal-atti li għandhom jiġu annullati jistgħu jiġu sseparati mill-atti fl-intier tagħhom u, għaldaqstant, tannulla:

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, u

    ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840, tas-27 ta’ Mejju 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ġudizzjarji kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

    1.

    L-ewwel motiv: ksur materjali tad-dritt ta’ kull persuna li ma tkunx is-suġġett ta’ prosekuzzjoni jew ta’ sanzjoni darbtejn għall-istess atti (Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).

    2.

    It-tieni motiv: ksur materjali tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq.

    3.

    It-tielet motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    4.

    Ir-raba’ motiv: ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    5.

    Il-ħames motiv: żball ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill.

    6.

    Is-sitt motiv: ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ libertà ekonomika.

    7.

    Is-seba’ motiv: ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet ta’ għajxien normali.

    8.

    It-tmien motiv: ksur serju tad-dritt għal reputazzjoni.


    Top