This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0364
Case T-364/16: Judgment of the General Court of 18 October 2018 — ArcelorMittal Tubular Products Ostrava and Others v Commission (Dumping — Imports of certain seamless pipes and tubes of iron or steel originating in China — Modification of the TARIC additional code for a company — Action for annulment — Challengeable act — Whether directly concerned — Individual concern — Admissibility — Effect of a judgment annulling a decision — Rule of equivalence of form)
Kawża T-364/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – ArcelorMittal Tubular Products Ostrava et vs Il-Kummissjoni (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina — Bdil tal-kodiċi addizzjonali TARIC minn kumpannija — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Inċidenza diretta — Inċidenza individwali — Ammissibbiltà — Effetti ta’ sentenza ta’ annullament — Regola tal-parallelliżmu tar-rekwiżiti formali”)
Kawża T-364/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – ArcelorMittal Tubular Products Ostrava et vs Il-Kummissjoni (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina — Bdil tal-kodiċi addizzjonali TARIC minn kumpannija — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Inċidenza diretta — Inċidenza individwali — Ammissibbiltà — Effetti ta’ sentenza ta’ annullament — Regola tal-parallelliżmu tar-rekwiżiti formali”)
ĠU C 436, 3.12.2018, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 436/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – ArcelorMittal Tubular Products Ostrava et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-364/16) (1)
((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina - Bdil tal-kodiċi addizzjonali TARIC minn kumpannija - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Inċidenza diretta - Inċidenza individwali - Ammissibbiltà - Effetti ta’ sentenza ta’ annullament - Regola tal-parallelliżmu tar-rekwiżiti formali”))
(2018/C 436/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. (Ostrava-Kunčice, ir-Repubblika Ċeka), u t-12-il rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u B. Byrne, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Demeneix u J.-F. Brakeland, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annulament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2016 li tneħħi lil Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd mil-lista tal-impriżi li jaqgħu taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A 950 u tinkludiha taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC C 129, għall-kodiċi kollha tan-nomenklatura magħquda msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2015 L 322, p. 21).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Ġunju 2016 li tirtira lil Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd mil-lista ta’ kumpanniji inklużi taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A 950 u li tinkludiha taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC C 129, għall-kodiċi tan-nomenklatura magħquda kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness. |