This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0483
Case C-483/16: Request for a preliminary ruling from the Fővárosi Törvényszék (Hungary) lodged on 6 September 2016 — Zsolt Sziber v ERSTE Bank Hungary Zrt.
Kawża C-483/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Settembru 2016 – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt.
Kawża C-483/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Settembru 2016 – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt.
ĠU C 419, 14.11.2016, p. 32–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Settembru 2016 – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt.
(Kawża C-483/16)
(2016/C 419/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zsolt Sziber
Konvenut: ERSTE Bank Hungary Zrt.
Parti oħra: Mónika Szeder
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni segwenti, jiġifieri l-Artikolu 129A(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Trattat ta’ Ruma), moqri fid-dawl tal-paragrafu 3 ta’ din l-istess dispożizzjoni, l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012 C 326, p. 2), l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April ħ 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), moqri fid-dawl tal-Artikolu 8 ta’ din l-istess direttiva, kif ukoll il-premessa 47 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, u l-applikazzjoni tagħha, li tipprevedi rekwiżiti supplimentari għad-detriment ta’ parti fil-kawża (rikorrent jew konvenut) li, matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u s-26 ta’ Lulju 2014, ikkonkludiet kuntratt ta’ kreditu, bħala konsumatur, li jinkludi klawżola kuntrattwali inġusta li tippermetti ż-żieda unilaterali ta’ interessi, ta’ spejjeż jew ta’ tariffi, jew klawżola kuntrattwali inġusta dwar id-differenza fil-valuta bejn it-talba u l-offerta, fid-dawl tal-fatt li dawn ir-rekwiżiti supplimentari jeżiġu b’mod partikolari, sabiex id-drittijiet marbuta mal-invalidità tal-imsemmija kuntratti konklużi mal-konsumaturi jkunu jistgħu jiġu validament invokati u, b’mod partikolari, sabiex il-qorti tkun tista’ teżamina l-mertu, il-preżentazzjoni ta’ nota ta’ kontenzjuż ċivil [b’mod partikolari, rikors, nota emendatorja tar-rikors jew eċċezzjoni ta’ invalidità invokata bħala difiża (kontra kundanna tal-konsumatur), modifika ta’ tali eċċezzjoni, kontrotalba, jew modifika ta’ tali talba] li għandha obbligatorjament ikollha ċertu kontenut, filwaqt li l-partijiet fil-kawża għajr dawk li kkonkludew kuntratt ta’ kreditu bħala konsumaturi, kif ukoll il-partijiet fil-kawża li, matul l-istess perijodu, ikkonkludew bħala konsumaturi kuntratti ta’ kreditu li ma jaqgħux taħt l-imsemmi tip ta’ kuntratt, ma humiex marbuta li jippreżentaw nota b’dan il-kontenut partikolari? |
2) |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-ewwel domanda għandhom jiġu interpretati fis-sens li – indipendentement minn jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondix fl-affermattiv jew fin-negattiv għall-ewwel domanda, li hija iktar ġenerali mit-tieni domanda – jipprekludu li parti fil-kawża li kkonkludiet kuntratt ta’ kreditu bħala konsumatur, kif imsemmi fl-ewwel domanda, hija marbuta bir-rekwiżiti supplimentari imperattivi [hawn taħt] [a) sa ċ)]:
|
3) |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea elenkati fl-ewwel domanda għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimplikaw li l-ksur tagħhom, minħabba r-rekwiżit ta’ kundizzjonijiet supplimentari msemmija iktar ’il fuq (fl-ewwel u fit-tieni domanda), jikkostitwixxi fl-istess waqt ksur tal-Artikoli 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012 C 326, p. 2), anki fid-dawl tal-fatt (parzjalment fl-ewwel u fit-tieni domandi wkoll) li, skont is-sentenzi tal-5 ta’ Diċembru 2000, Guimont (C-448/98, EU:C:2000:663, punt 23) u tal-10 ta’ Mejju 2012, Duomo Gpa et (C-357/10 sa C-359/10, EU:C:2012:283, punt 28), kif ukoll skont id-digriet tat-3 ta’ Lulju 2014, Tudoran (C-92/14, EU:C:2014:2051, punt 39), id-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi għandu jiġi applikat mill-qrati nazzjonali wkoll f’sitwazzjonijiet li ma għandhomx elementi transkonfinali, jiġifieri f’sitwazzjonijiet purament nazzjonali, jew għandu jitqies li jkun hemm sitwazzjoni transkonfinali bis-sempliċi fatt li l-kuntratti ta’ kreditu msemmija fl-ewwel domanda preliminari huma kuntratti ta’ kreditu “ibbażati fuq valuti barranin”? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
(2) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66–92)