EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0435
Case C-435/16: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 4 August 2016 — Acacia Srl and Rolando D’Amato v Dr.Ing. h.c. F. Porsche AG
Kawża C-435/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Acacia Srl u Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG
Kawża C-435/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Acacia Srl u Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG
ĠU C 419, 14.11.2016, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Acacia Srl u Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG
(Kawża C-435/16)
(2016/C 419/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Acacia Srl, Rolando D’Amato
Konvenuta: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG
Domandi preliminari
1) |
L-applikazzjoni tar-restrizzjoni tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 (1) hija limitata għall-partijiet komponenti li l-forma tagħhom hija imposta, jiġifieri għall-partijiet komponenti li l-forma tagħhom hija ddeterminata, fil-prinċipju, b’mod invarjabbli mid-dehra tal-prodott globali u għalhekk ma titħalliex, – bħalma huma fost l-oħrajn ir-rimmijiet ta’ karozzi -, fl-għażla libera tal-klijent? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: L-applikazzjoni tar-restrizzjoni tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 hija limitata biss għall-offerta ta’ prodotti ta’ disinn identiku, jiġifieri prodotti li jikkorrispondu wkoll mil-lat tal-kuluri tagħhom u tad-dimensjonijiet tagħhom mal-prodotti oriġinali? |
3) |
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: Ir-restrizzjoni tal-protezzjoni prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 hija applikabbli favur il-bejjiegħ ta’ prodott li fil-prinċipju jippreġudika d-disinn inkwistjoni biss jekk dan il-bejjiegħ jiżgura b’mod oġġettiv li l-prodott tiegħu jkun jista’ jiġi akkwistat biss għal finijiet ta’ tiswija u mhux ukoll għal finijiet oħra bħal, b’mod partikolari, it-tagħmir jew l-individwalizzazzjoni tal-prodott globali? |
4) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda: Liema miżuri għandu jadotta l-bejjiegħ ta’ prodott li fil-prinċipju jippreġudika d-disinn inkwistjoni sabiex jiżgura b’mod oġġettiv li l-prodott tiegħu jkun jista’ jiġi akkwistat biss għal finijiet ta’ tiswija u mhux ukoll għal finijiet oħra bħal, b’mod partikolari, it-tagħmir jew l-individwalizzazzjoni tal-prodott globali? Huwa biżżejjed, f’dan ir-rigward
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).