Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0368

    Kawża C-368/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fis-6 ta’ Lulju 2016 – Assens Havn vs Navigators Management (UK) Limited

    ĠU C 314, 29.8.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 314/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fis-6 ta’ Lulju 2016 – Assens Havn vs Navigators Management (UK) Limited

    (Kawża C-368/16)

    (2016/C 314/18)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Højesteret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Assens Havn

    Konvenuta: Navigators Management (UK) Limited

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 13(5), meqjus flimkien mal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna leża li għandha d-dritt, skont il-liġi nazzjonali, li taġixxi direttament kontra l-kumpannija ta’ assigurazzjoni tal-awtur tad-dannu hija, skont l-Artikolu 13(5), meqjus flimkien mal-Artikolu 14(2)(a) tal-imsemmi regolament, marbuta bi klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni konkluża b’mod regolari mill-assiguratur u d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


    Top