Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0414

Kawża C-414/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Vera Egenberger vs Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung e.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament — Differenza fit-trattament ibbażata fuq reliġjon jew twemmin — Attivitajiet professjonali fi knejjes jew organizzazzjonijiet oħrajn li l-etos tagħhom huwa bbażat fuq reliġjon jew twemmin — Reliġjon jew twemmin li jikkostitwixxu rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat fid-dawl tal-etos tal-organizzazzjoni — Kunċett — Natura tal-attivitajiet u l-kuntest li fih jitwettqu — Artikolu 17 TFUE — Artikoli 10, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

ĠU C 200, 11.6.2018, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201805250241897582018/C 200/064142016CJC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL201804176611

Kawża C-414/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Vera Egenberger vs Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung e.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament — Differenza fit-trattament ibbażata fuq reliġjon jew twemmin — Attivitajiet professjonali fi knejjes jew organizzazzjonijiet oħrajn li l-etos tagħhom huwa bbażat fuq reliġjon jew twemmin — Reliġjon jew twemmin li jikkostitwixxu rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat fid-dawl tal-etos tal-organizzazzjoni — Kunċett — Natura tal-attivitajiet u l-kuntest li fih jitwettqu — Artikolu 17 TFUE — Artikoli 10, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

Top

C2002018MT610120180417MT00066161

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Vera Egenberger vs Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung e.V.

(Kawża C-414/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament — Differenza fit-trattament ibbażata fuq reliġjon jew twemmin — Attivitajiet professjonali fi knejjes jew organizzazzjonijiet oħrajn li l-etos tagħhom huwa bbażat fuq reliġjon jew twemmin — Reliġjon jew twemmin li jikkostitwixxu rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat fid-dawl tal-etos tal-organizzazzjoni — Kunċett — Natura tal-attivitajiet u l-kuntest li fih jitwettqu — Artikolu 17 TFUE — Artikoli 10, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)”

2018/C 200/06Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vera Egenberger

Konvenuta: Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung e.V.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqri flimkien mal-Artikoli 9 u 10 tagħha, kif ukoll mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta knisja jew organizzazzjoni oħra li l-etos tagħha huwa bbażat fuq reliġjon jew twemmin issostni, insostenn ta’ att jew ta’ deċiżjoni bħaċ-ċaħda ta’ kandidatura għal impjieg magħha, li, minħabba n-natura tal-attivitajiet ikkonċernati jew il-kuntest li fih dawn l-attivitajiet jitwettqu, ir-reliġjon tikkostitwixxi rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat fid-dawl tal-etos ta’ din il-knisja jew organizzazzjoni, tali allegazzjoni għandha, skont il-każ, tkun tista’ tiġi suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv li jirrikjedi li jiġi żgurat, fil-każ inkwistjoni, li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78 huma ssodisfatti.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat, imsemmi fih, jirreferi għal rekwiżit neċessarju u li huwa oġġettivament meħtieġ, fid-dawl tal-etos tal-knisja jew tal-organizzazzjoni kkonċernata, min-natura jew mill-kundizzjonijiet li fih titwettaq l-attività professjonali inkwistjoni u ma jistax ikopri kunsiderazzjonijiet li ma humiex relatati ma’ dan l-etos jew mad-dritt għall-awtonomija ta’ din il-knisja jew ta’ din l-organizzazzjoni. Dan ir-rekwiżit għandu jkun konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3)

Qorti nazzjonali, adita b’tilwima bejn żewġ individwi, hija marbuta, meta hija ma tkunx tista’ tinterpreta d-dritt nazzjonali applikabbli b’mod konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78, li tiżgura, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, il-protezzjoni ġuridika tal-partijiet li tirriżulta mill-Artikoli 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li tiggarantixxi l-effett sħiħ ta’ dawn l-artikoli waqt li tħalli mhux applikati, jekk ikun meħtieġ, kull dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja.


( 1 ) ĠU C 419, 14.11.2016.

Top