Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0737

    Kawża T-737/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Hydro Aluminium Rolled Products vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija permezz ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli — Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 295, 2.9.2019, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 295/35


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Hydro Aluminium Rolled Products vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-737/15) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija permezz ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2019/C 295/45)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hydro Aluminium Rolled Products GmbH (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein, u K. Dingemann, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u K. Herrmann, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (ĠU 2015, L 250, p. 122).

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk ta’ Hydro Aluminium Rolled Products GmbH.


    (1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


    Top