This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TB0382
Case T-382/15: Order of the General Court of 26 September 2016 — Greenpeace Energy and Others v Commission (Action for annulment — State aid — Nuclear energy — Aid in support of Hinkley Point C nuclear power station — Contract for difference, agreement of the Secretary of State and credit guarantee — Decision declaring the aid to be compatible with the internal market — Absence of any significant effect on a competitive position — Lack of individual concern — Inadmissibility)
Kawża T-382/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2016 – Greenpeace Energy et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Enerġija nukleari — Għajnuna favur l-unità C tal-impjant nukleari ta’ Hinkley Point — Kuntratt għad-differenza, ftehim tas-Segretarju tal-Istat u garanzija ta’ kreditu — Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ interess sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)
Kawża T-382/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2016 – Greenpeace Energy et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Enerġija nukleari — Għajnuna favur l-unità C tal-impjant nukleari ta’ Hinkley Point — Kuntratt għad-differenza, ftehim tas-Segretarju tal-Istat u garanzija ta’ kreditu — Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ interess sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)
ĠU C 419, 14.11.2016, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/46 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2016 – Greenpeace Energy et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-382/15) (1)
((Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Enerġija nukleari - Għajnuna favur l-unità C tal-impjant nukleari ta’ Hinkley Point - Kuntratt għad-differenza, ftehim tas-Segretarju tal-Istat u garanzija ta’ kreditu - Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Nuqqas ta’ interess sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà))
(2016/C 419/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Greenpeace Energy eG (Hamburg, il-Ġermanja) u d-9 rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: D. Fouquet u J. Nysten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)
Suġġet
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658, tat-8 ta’ Ottubru 2014, dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta bħala Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU 2015, L 109, p. 44).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn NNB Generation Company Limited, ir-Repubblika Slovakka, l-Ungerija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja. |
3) |
Greenpeace Energy eG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet ta’ intervent. |
4) |
Greenpeace Energy eG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness, il-Kummissjoni, NNB Generation Company Limited, ir-Repubblika Slovakka, l-Ungerija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent. |