Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0261

    Kawża C-261/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vredegerecht te Ieper – il-Belġju) – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV vs Gregory Demey (Trasport bil-ferrovija — Regolament (KE) Nru 1371/2007 — Drittijiet u obbligi tal-passiġġieri — Assenza ta’ biljett tat-trasport — Nuqqas ta’ regolarizzazzjoni fit-termini — Reat kriminali)

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vredegerecht te Ieper – il-Belġju) – Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV vs Gregory Demey

    (Kawża C-261/15) (1)

    ((Trasport bil-ferrovija - Regolament (KE) Nru 1371/2007 - Drittijiet u obbligi tal-passiġġieri - Assenza ta’ biljett tat-trasport - Nuqqas ta’ regolarizzazzjoni fit-termini - Reat kriminali))

    (2016/C 419/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Vredegerecht te Ieper

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen NV

    Konvenut: Gregory Demey

    Dispożittiv

    L-aħħar sentenza tal-Artikolu 6(2) tal-Appendiċi A tal-Konvenzjoni dwar trasport internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF), tad-9 ta’ Mejju 1980, kif modifikata bil-protokoll għall-modifika tal-COTIF tat-3 ta’ Ġunju 1999, li jinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu li persuna li twettaq vjaġġ bil-ferrovija mingħajr ma jkollha biljett tat-trasport għal dan l-għan u li ma tirregolarizzax is-sitwazzjoni tagħha fit-termini previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jkollhiex rabta kuntrattwali mal-impriża ferrovjarja.


    (1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


    Top