EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0207

Kawża C-207/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Nissan Jidosha KK vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tinkludi l-element “CVTC” — Talbiet għat-tiġdid imressqa għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi li għalihom it-trade mark hija rreġistrata — Terminu addizzjonali — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 47 — Prinċipju ta’ ċertezza legali)

ĠU C 314, 29.8.2016, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Nissan Jidosha KK vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-207/15 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element “CVTC” - Talbiet għat-tiġdid imressqa għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi li għalihom it-trade mark hija rreġistrata - Terminu addizzjonali - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 47 - Prinċipju ta’ ċertezza legali))

(2016/C 314/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Nissan Jidosha KK (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister u D. Cañadas Arcas, abogada)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2015, Nissan Jidosha vs UASI (CVTC) (T-572/12, mhux ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2469/2011-1), dwar talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CVTC hija annullata.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti minn Nissan Jidosha KK, kemm fir-rigward tal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawża T-572/12 kif ukoll f’dik tal-appell.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015


Top