EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0028

Kawża C-28/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Koninklijke KPN NV et vs Autoriteit Consument en Markt (ACM) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Qafas regolamentari komuni għan-netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE — Artikoli 4 u 19 — Awtorità regolamentari nazzjonali — Miżuri ta’ armonizzazzjoni — Rakkomandazzjoni 2009/396/KE — Portata ġuridika — Direttiva 2002/19/KE — Artikoli 8 u 13 — Operatur ikkwalifikat bħala li jiddisponi minn saħħa sinjifikanti fis-suq — Obbligi imposti minn awtorità regolamentari nazzjonali — Kontroll tal-prezzijiet u obbligi relattivi għas-sistema ta’ kontabilizzazzjoni tal-ispejjeż — Tariffi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fissi u ċellulari — Firxa tal-kontroll li l-qrati nazzjonali jistgħu jeżerċitaw fuq id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolamentari nazzjonali)

ĠU C 419, 14.11.2016, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Koninklijke KPN NV et vs Autoriteit Consument en Markt (ACM)

(Kawża C-28/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Qafas regolamentari komuni għan-netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikoli 4 u 19 - Awtorità regolamentari nazzjonali - Miżuri ta’ armonizzazzjoni - Rakkomandazzjoni 2009/396/KE - Portata ġuridika - Direttiva 2002/19/KE - Artikoli 8 u 13 - Operatur ikkwalifikat bħala li jiddisponi minn saħħa sinjifikanti fis-suq - Obbligi imposti minn awtorità regolamentari nazzjonali - Kontroll tal-prezzijiet u obbligi relattivi għas-sistema ta’ kontabilizzazzjoni tal-ispejjeż - Tariffi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fissi u ċellulari - Firxa tal-kontroll li l-qrati nazzjonali jistgħu jeżerċitaw fuq id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet regolamentari nazzjonali))

(2016/C 419/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koninklijke KPN NV, KPN BV, T-Mobile Netherlands BV, Tele2 Nederland BV, Ziggo BV, Vodafone Libertel BV, Ziggo Services BV li qabel kienet UPC Nederland BV, Ziggo Zakelijk Services BV li qabel kienet UPC Business BV

Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt (ACM)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, moqri flimkien mal-Artikoli 8 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), kif emendata bid-Direttiva 2009/140, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali, li quddiemha titressaq kawża dwar il-legalità ta’ obbligu ta’ tariffa imposta mill-awtorità regolatorja nazzjonali għall-provvista tas-servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fissi u ċellulari, tista’ biss tinjora r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/396/KE, tas-7 ta’ Mejju 2009, dwar it-Trattament Regolatorju tar-Rati ta’ Terminazzjoni ta’ Telefonati Fissi u Ċellulari fl-UE li tagħti preċedenza lill-mudell ta’ kalkolu tal-ispejjeż imsejjaħ “Bulric strett” (Bottom-Up Long-Run Incremental Costs) bħala miżura xierqa għar-regolazzjoni tal-prezzijiet fis-suq tat-terminazzjoni tat-telefonati biss jekk din tqis li motivi marbuta maċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari għall-karatteristiċi speċifiċi tas-suq tal-Istat Membru inkwistjoni, jeħtieġu dan.

2)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali, li jkollha quddiemha tilwima relattiva għal-legalità ta’ obbligu tariffarju impost mill-awtorità regolatorja nazzjonali għall-provvista tas-servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fissi u ċellulari, tista’ tevalwa l-proporzjonalità ta’ dan l-obbligu fid-dawl tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, kif ukoll fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, u tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-obbligu msemmi huwa intiż biex jippromwovi interessi tal-utenti finali f’suq bl-imnut li ma jistax jiġi rregolat.

3)

Qorti nazzjonali ma tistax, meta teżerċita stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali, teżiġi li din l-awtorità tipprova li l-obbligu msemmi effettivament jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015.


Top