EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0777

Kawża T-777/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2014 – Fon Wireless vs UASI – Henniger (NEOFON – FON ET AL.)

ĠU C 26, 26.1.2015, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/41


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Fon Wireless vs UASI – Henniger (NEOFON – FON ET AL.)

(Kawża T-777/14)

(2015/C 026/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Henniger (Starnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali ‘Neofon’–applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 674 893

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2519/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement, tieħu l-passi meċessarji sabiex tiżgura l-effettività tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top