Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0764

    Kawża T-764/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Novembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 26, 26.1.2015, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/38


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-764/14)

    (2015/C 026/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri u I. Ampazis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-Deċiżjoni Nru Ares(2014) 2903214, tal-5 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti limitata Nru EuropeAid/135040/C/SER/MULTI;

    tordna l-istabbiliment mill-ġdid tal-affarijiet fl-istat inizjali tagħhom u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi segwenti:

    Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata b’konformità mal-Artikolu 263 TFUE għar-raġunijiet li ġejjin:

     

    L-ewwel nett, l-esperjenza tal-parteċipanti ġiet eżaminata waqt il-fażi tal-proċedura ta’ għoti, meta din l-esperjenza kienet diġà ġiet eżaminata fil-fażi ta’ preselezzjoni.

     

    It-tieni nett, il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni peress li pprovdiet raġunijiet insuffiċjenti għal dak li jirrigwarda n-nota miksuba għall-offerta teknika tar-rikorrenti u ma kkomunikatx kompletament il-kompożizzjoni tal-konsorzju magħżul jew elementi importanti tal-offerta finanzjarja.

     

    It-tielet nett, il-Kummissjoni għamlet sensiela ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-offerta teknika tar-rikorrenti, fejn hija wkoll kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-parteċipanti.

     

    Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni kisret ir-Regolament Finanzjarju u l-prinċipju ta’ trasparenza li dan jipprovdi.


    Top