EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0410

Kawża T-410/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Ġunju 2014 – Wilders vs Il-Parlament u Il-Kunsill [ “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Parlament Ewropew — Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali — Inkompatibbiltà tal-kwalità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew ma’ dik ta’ Membru ta’ Parlament nazzjonali (projbizzjoni tal-mandat doppju) — Talba għal miżuri provviżorji — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà” ]

ĠU C 315, 15.9.2014, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/64


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2014 – Wilders vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-410/14 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Parlament Ewropew - Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali - Inkompatibbiltà tal-kwalità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew ma’ dik ta’ Membru ta’ Parlament nazzjonali (projbizzjoni tal-mandat doppju) - Talba għal miżuri provviżorji - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà”])

2014/C 315/107

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Geert Wilders (rappreżentanti: G. Knoops u C. Hamburger, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, sabiex tippermetti lir-rikorrent jieħu l-ġurament bħala Membru tal-Parlament Ewropew, filwaqt li jibqa’ jeżerċita l-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Olandiż.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top