Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0549

    Kawża T-549/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Horno del Espinar (Castello) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Castello — Trade marks nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Castelló — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Horno del Espinar (Castello)

    (Kawża T-549/14) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Castello - Trade marks nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Castelló - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

    (2016/C 419/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos u D. Botis, sussegwentement D. Botis, u finalment D. Gája, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ April 2014 (Kawżi magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar u Lidl Stiftung & Co.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ April 2014 (Kawżi magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni f’dak li jikkonċerna l-frott u l-ħxejjex iffriżati li jidħlu fil-klassi 29 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u mibdul.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

    3)

    Lidl Stiftung & Co. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż tal-EUIPO.

    4)

    L-EUIPO għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu stess.


    (1)  ĠU C 351, 06.10.2014


    Top