EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0336

Kawża T-336/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Société des produits Nestlé vs UASI (NOURISHING PERSONAL HEALTH) [“Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali NOURISHING PERSONAL HEALTH — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu li jitwettaq l-eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Société des produits Nestlé vs UASI (NOURISHING PERSONAL HEALTH)

(Kawża T-336/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali NOURISHING PERSONAL HEALTH - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu li jitwettaq l-eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 398/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Marzu 2014 (Każ R 149/2013-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali NOURISHING PERSONAL HEALTH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Société des produits Nestlé SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


Top