EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0574

Kawża C-574/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polomja) – PGE Górnictwo i Energetyka Konwencjonalna SA vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku fit-tul — Kumpens imħallas fil-każ ta’ xoljiment volontarju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern — Verifika tal-legalità ta’ għajnuna mill-qorti nazzjonali — Aġġustament annwali tal-ispejjeż mhux rekuperabbli — Mument tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-appartenenza ta’ prodottur ta’ enerġija lil grupp ta’ impriżi)

ĠU C 419, 14.11.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polomja) – PGE Górnictwo i Energetyka Konwencjonalna SA vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-574/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku fit-tul - Kumpens imħallas fil-każ ta’ xoljiment volontarju - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern - Verifika tal-legalità ta’ għajnuna mill-qorti nazzjonali - Aġġustament annwali tal-ispejjeż mhux rekuperabbli - Mument tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-appartenenza ta’ prodottur ta’ enerġija lil grupp ta’ impriżi))

(2016/C 419/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PGE Górnictwo i Energetyka Konwencjonalna SA

Konvenut: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 107 TFUE u l-Artikolu 4(3) TUE, flimkien mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2009/287, tal-25 ta’ Settembru 2009, dwar għajnuna mill-istat mogħtija mill-Polonja bħala parti mill-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija u dwar l-għajnuna mill-istat li l-Polonja qed tippjana li tagħti dwar il-kumpens għat-terminazzjoni volontaria tal-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, meta l-Kummissjoni eżaminat skema ta’ għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Lulju 2001, dwar il-metodoloġija għall-analiżi tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-ispejjeż mhux rekuperabbli u qieset li hija kompatibbli mas-suq intern qabel l-implementazzjoni taghħa, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom min-naħa tagħhom, matul l-implementazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni, jivverifikaw il-konformità tagħha mal-prinċipji stabbiliti f’din il-metodoloġija.

2)

L-Artikolu 4(1) u (2) tad-Deċiżjoni 2009/287, moqri fid-dawl tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Lulju 2001, dwar il-metodoloġija għall-analiżi tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-ispejjeż mhux rekuperabbli, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li meta jiġi stabbilit l-aġġustament annwali tal-kumpens għall-ispejjeż mhux rekuperabbli li għandu jitħallas lil produttur li jappartjeni għal grupp ta’ impriżi, hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni din l-appartenenza, u, għaldaqstant, ir-riżultat finanzjarju ta’ dan il-grupp, fid-data li fih ikun sar dan l-aġġustament.


(1)  ĠU C 89, 16.03.2015.


Top