Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0679

Kawża T-679/13: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Diċembru 2013 — AEMN vs Il-Parlament

ĠU C 85, 22.3.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/21


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2013 — AEMN vs Il-Parlament

(Kawża T-679/13)

2014/C 85/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance européenne des mouvements nationaux (AEMN) (Matzenheim, Franza) (rappreżentant: J. P. Le Moigne, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewopew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2013, ritraskritta parzjalment bid-deċiżjoni tal-14 ta’ Ottubru 2013 u li stabbiliet l-allokazzjoni definittiva, mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għas-sena 2012, għas-somma ta’ EUR 186 292,12 u konsegwentement iddeċiediet li l-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux għandha tirrimborsa s-somma ta’ EUR 45 476,00 peress li somma ta’ EUR 231 412,80 diġà ngħatat lill-assoċjazzjoni rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas l-ispejjeż kollha u li jħallas għal dan il-għan somma ta’ EUR 20 000,000 lill-Alliance Européenne des Mouvements Nationaux.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-678/13, AEMN vs Il-Parlament.


Top