Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0305

    Kawża T-305/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Ġunju 2014 – SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Injezzjonijiet tal-kapital favur kumpannija ta’ assigurazzjoni magħmula mill-kumpannija parent pubblika tagħha — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi” )

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/60


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2014 – SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-305/13 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Injezzjonijiet tal-kapital favur kumpannija ta’ assigurazzjoni magħmula mill-kumpannija parent pubblika tagħha - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”))

    2014/C 315/100

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE SpA) (Ruma, l-Italja); u Sace BT SpA (Ruma) (rappreżentanti: M. Siragusa u G. Rizza, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

    Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello stato)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1501 finali, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 (2011/C) (ex NN 41/2010) implementati mill-Italja fl-2004 u fl-2009 favur Sace BT SpA.

    Dispożittiv

    1)

    Id-digriet tat-28 ta’ Frar 2014 mogħti fil-Kawża T-305/13 R huwa mħassar.

    2)

    Hija sospiża l-eżekuzzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1501 finali, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 (2011/C) (ex NN 41/2010) implementati mill-Italja fl-2004 u fl-2009 favur Sace BT SpA, sa fejn l-awtoritajiet Taljani huma obbligati li jirkupraw minn din il-kumpannija tal-aħħar ammont ta’ iktar minn EUR [Kunfidenzjali].

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top