EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0075

Kawża T-75/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ Diċembru 2014 – Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI – Nepentes Pharma (Momarid) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Momarid — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LONARID — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Pubbliku rilevanti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009” ]

ĠU C 26, 26.1.2015, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI – Nepentes Pharma (Momarid)

(Kawża T-75/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Momarid - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LONARID - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Pubbliku rilevanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 026/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG (Ingelheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u D. Slopek, sussegwentement V. von Bomhard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nepentes Pharma sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, K. Dimidjian-Lecompte u C. Casalonga, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2292/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG u Nepentes S.A.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2292/2011-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-“prodotti kimiċi għal użu farmaċewtiku”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013


Top