Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0672

    Kawża C-672/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégiuma (l-Ungerija) fis- 17 ta’ Diċembru 2013 — OTP Bank Nyrt. vs Magyar Állam u Magyar Államkincstár

    ĠU C 85, 22.3.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 85/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégiuma (l-Ungerija) fis-17 ta’ Diċembru 2013 — OTP Bank Nyrt. vs Magyar Állam u Magyar Államkincstár

    (Kawża C-672/13)

    2014/C 85/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégiuma

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: OTP Bank Nyrt.

    Konvenuti: Magyar Állam u Magyar Államkincstár

    Domandi preliminari

    (1)

    Għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, u fl-affermattiv, bħala kompatibbli mas-suq intern il-garanzija tal-Istat mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tad-Digriet tal-Gvern Nru 12 tal-2001?

    (2)

    Jekk garanzija tal-Istat mogħtija fil-kuntest tal-imsemmi digriet tkun inkompatibbli mas-suq intern, liema rimedji huma disponibbli, abbażi tad-dritt Komunitarju, għall-eventwali preġudizzju għall-interessi tal-persuni kkonċernati?


    Top