Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0665

    Kawża C-665/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Lisboa (il-Portugall) fis- 16 ta’ Diċembru 2013 — Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins vs Via Directa — Companhia de Seguros SA

    ĠU C 85, 22.3.2014, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 85/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Lisboa (il-Portugall) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins vs Via Directa — Companhia de Seguros SA

    (Kawża C-665/13)

    2014/C 85/21

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal do Trabalho de Lisboa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins

    Konvenuta: Via Directa — Companhia de Seguros SA

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li minnu tirriżulta l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għall-ħaddiema tas-settur pubbliku?

    (2)

    L-impożizzjoni unilaterali, mill-Istat, tas-sospensjoni tal-ħlas tar-remunerazzjonijiet, meta tiġi applikata biss għal kategorija speċifika ta’ ħaddiema, dawk tas-settur pubbliku, tikkostitwixxi diskriminazzjoni, fid-dawl tan-natura ġuridika tar-relazzjoni ta’ xogħol?


    Top