This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TA0276
Case T-276/12: Judgment of the General Court of 6 October 2015 — Chyzh and Others v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures adopted against Belarus — Freezing of funds — Action for annulment — Period allowed for modifying the form of order sought — Partial inadmissibility — Entity owned or controlled by a person or entity subject to the restrictive measures — Obligation to state reasons — Error of assessment)
Kawża T-276/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Chyzh et vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu għall-adattament tat-talbiet — Inammissibbiltà parzjali — Entità miżmuma jew ikkontrollata minn persuna jew entità ikkonċernata mill-miżuri restrittivi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni”)
Kawża T-276/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Chyzh et vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu għall-adattament tat-talbiet — Inammissibbiltà parzjali — Entità miżmuma jew ikkontrollata minn persuna jew entità ikkonċernata mill-miżuri restrittivi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni”)
ĠU C 398, 30.11.2015, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Chyzh et vs Il-Kunsill
(Kawża T-276/12) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu għall-adattament tat-talbiet - Inammissibbiltà parzjali - Entità miżmuma jew ikkontrollata minn persuna jew entità ikkonċernata mill-miżuri restrittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2015/C 398/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yury Aleksandrovich Chyzh (Minsk, il-Bjelorussja); Triple TAA (Minsk); NefteKhimTrading STAA (Minsk); Askargoterminal ZAT (Minsk); Bereza Silicate Products Plant AAT (Bereza, il-Bjelorussja); Variant TAA (Berezovsky, il-Bjelorussja); Triple-Dekor STAA (Minsk); KvartsMelProm SZAT (Khotislav, il-Bjelorussja); Altersolutions SZAT (Minsk); Prostoremarket SZAT (Minsk); AquaTriple STAA (Minsk); Rakovsky brovar TAA (Minsk); TriplePharm STAA (Logoysk, il-Bjelorussja) u Triple-Veles TAA (Molodechno, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: D. O’Keeffe, solicitor, B. Evtimov, avukat, u M. Lester, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u E. Finnegan, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642 (ĠU L 288, p. 69), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 288, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642 (ĠU L 311, p. 39), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 311, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-Yury Aleksandrovich Chyzh, Triple TAA, NefteKhimTrading STAA, Askargoterminal ZAT, Bereza Silicate Products Plant AAT, Variant TAA, Triple-Dekor STAA, KvartsMelProm SZAT, Altersolutions SZAT, Prostoremarket SZAT, AquaTriple STAA, Rakovsky brovar TAA, TriplePharm STAA u Triple-Veles TAA. |
2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-NefteKhimTrading STAA, Askargoterminal ZAT, Bereza Silicate Products Plant AAT, Triple-Dekor STAA, KvartsMelProm SZAT, Altersolutions SZAT, Prostoremarket SZAT, AquaTriple STAA, Rakovsky brovar TAA u Triple-Veles TAA. |
3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-Yury Aleksandrovich Chyzh, Triple TAA, Askargoterminal ZAT, Bereza Silicate Products Plant AAT, Triple-Dekor STAA, KvartsMelProm SZAT, Altersolutions SZAT, Prostoremarket SZAT, AquaTriple STAA, Variant TAA u Rakovsky brovar TAA. |
4) |
Ir-rikors huwa miċħud inkwantu inammissibbli sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tad-Deċiżjoni 2013/534 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1054/2013, sa fejn dawn jirrigwardaw lill-Yury Aleksandrovich Chyzh, Triple TAA, Variant TAA u TriplePharm STAA. |
5) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
6) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Yury Aleksandrovich Chyzh, Triple TAA, NefteKhimTrading STAA, Askargoterminal ZAT, Bereza Silicate Products Plant AAT, Triple-Dekor STAA, KvartsMelProm SZAT, Altersolutions SZAT, Prostoremarket SZAT, AquaTriple STAA, Variant TAA, Rakovsky brovar TAA, TriplePharm STAA u Triple-Veles TAA. |