Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0176

    Kawża C-176/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 15 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Association de médiation sociale vs Union locale des syndicats CGT et al (Politika soċjali — Direttiva 2002/14/KE — Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 27 — Issuġġettar tal-ħolqien ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal għal ċerti limiti ta’ ħaddiema impjegati — Kalkolu tal-limiti — Leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni — Rwol tal-qorti nazzjonali)

    ĠU C 85, 22.3.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 85/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Association de médiation sociale vs Union locale des syndicats CGT et al

    (Kawża C-176/12) (1)

    (Politika soċjali - Direttiva 2002/14/KE - Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 27 - Issuġġettar tal-ħolqien ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal għal ċerti limiti ta’ ħaddiema impjegati - Kalkolu tal-limiti - Leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni - Rwol tal-qorti nazzjonali)

    2014/C 85/04

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Association de médiation sociale

    Konvenuti: Union locale des syndicats CGT, Hichem Laboubi, Union départementale CGT des Bouche-du-Rhône, Confédération générale du travail (CGT)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad- Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea — Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 27, 51, 52 u 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (3) TUE — Invookabbiltà tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq f’kawża bejn individwi bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità ta’ miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-direttiva — Ammissibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li teskludi mill-kalkolu tal-ħaddiema tal-kumpannija, partikolarment sabiex jiġu ddeterminati l-limiti legali għall-implementazzjoni ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal, l-impjegati li għandhom ċertu il-kuntratti ta’ x-xogħol

    Dispożittiv

    L-Artikolu 27 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, waħdu jew flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2003, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, bħall-Artikolu L. 1111-3 tal-Kodiċi Industrijali Franċiż, tirriżulta inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, dan l-artikolu tal-Karta ma jistax jiġi invokat f’kawża bejn individwi sabiex titwarrab id-dispożizzjoni nazzjonali.


    (1)  ĠU C 184, 23.06.2012


    Top