This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0141
Joined Cases C-141/12 and C-372/12: Judgment of the Court (Third Chamber) of 17 July 2014 (requests for a preliminary ruling from the Rechtbank Middelburg, Raad van State — Netherlands) — YS (C-141/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-372/12) v Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-141/12), Ms (C-372/12) (Reference for a preliminary ruling — Protection of individuals with regard to the processing of personal data — Directive 95/46/EC — Articles 2, 12 and 13 — Concept of ‘personal data’ — Scope of the right of access of a data subject — Data relating to the applicant for a residence permit and legal analysis contained in an administrative document preparatory to the decision — Charter of Fundamental Rights of the European Union — Articles 8 and 41)
Kawżi Magħquda C-141/12 u C-372/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Middelburg, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi – Y.S. (C-141/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-372/12) vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-141/12), M S (C-372/12) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikoli 2, 12 u 13 — Kunċett ta’ “data personali” — Portata tad-dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata — Data dwar l-applikant ta’ permess ta’ residenza u analiżi legali inklużi f’dokument amministrattiv preparatorju tad-deċiżjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 8 u 41)
Kawżi Magħquda C-141/12 u C-372/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Middelburg, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi – Y.S. (C-141/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-372/12) vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-141/12), M S (C-372/12) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikoli 2, 12 u 13 — Kunċett ta’ “data personali” — Portata tad-dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata — Data dwar l-applikant ta’ permess ta’ residenza u analiżi legali inklużi f’dokument amministrattiv preparatorju tad-deċiżjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 8 u 41)
ĠU C 315, 15.9.2014, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Middelburg, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi – Y.S. (C-141/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-372/12) vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-141/12), M S (C-372/12)
(Kawżi Magħquda C-141/12 u C-372/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikoli 2, 12 u 13 - Kunċett ta’ “data personali” - Portata tad-dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata - Data dwar l-applikant ta’ permess ta’ residenza u analiżi legali inklużi f’dokument amministrattiv preparatorju tad-deċiżjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 8 u 41))
2014/C 315/02
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Middelburg, Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Y.S. (C-141/12), Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-372/12)
Konvenuti: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (C-141/12), M S (C-372/12)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data dwar applikant ta’ permess ta’ residenza li tinsab f’dokument amministrattiv, bħan-“nota interna” inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tesponi r-raġunijiet li l-uffiċjali jippreżenta insostenn tal-abbozz ta’ deċiżjoni li huwa inkarigat ifassal il-kuntest ta’ proċedura preliminari għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta’ tali permess u, jekk ikun il-każ, dik li tinsab fl-analiżi legali inkluża f’dan id-dokument, jikkostitwixxu “data personali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, filwaqt li l-imsemmija analiżi, min-naħa l-oħra, ma tistax, fiha nnifisha, titqies li hija “data personali”. |
2) |
L-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46 u l-Artikolu 8(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-applikant ta’ permess ta’ residenza għandu dritt ta’ aċċess għad-data personali kollha li tikkonċernah li tkun qiegħda tiġi pproċessata mill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva. Sabiex dan id-dritt ikun sodisfatt, huwa suffiċjenti li l-applikant ikun fil-pussess ta’ deskrizzjoni sħiħa ta’ din id-data f’forma li tkun tinftiehem, jiġifieri f’forma li tippermetti lil dan l-applikant li jsir jaf bl-imsemmija data u li jivverifika li din hija eżatta u pproċessata b’mod konformi ma’ din id-direttiva, sabiex l-imsemmi applikant ikun jista’, jekk ikun il-każ, jeżerċita d-drittijiet mogħtija lilu mill-imsemmija direttiva. |
3) |
L-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikant ta’ permess ta’ residenza ma jistax jinvoka din id-dispożizzjoni kontra l-awtoritajiet nazzjonali. |