Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0378

    Kawża C-378/11 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Ġunju 2011 minn Longevity Health Products, Inc. kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal- 15 ta’ April 2011 fil-Kawża T-95/11 — Longevity Health Products vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/38


    Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2011 minn Longevity Health Products, Inc. kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011 fil-Kawża T-95/11 — Longevity Health Products vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    (Kawża C-378/11 P)

    2011/C 269/79

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tal-appellanti

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tilqa’ l-ilment li sar mill-kumpannija Longevity Health Products, Inc

    tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2001, T-95/11;

    tordna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex iħallas l-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti ssostni li d-digriet appellat għandu jiġi annullat fid-dawl tal-aggravji li ġejjin:

    il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija difettuża;

    il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-argumenti mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark.


    Top