Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0230

    Kawża C-230/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Passau (il-Ġermanja) fis- 16 ta’ Mejju 2011 — Konstantin Toltschin vs Kaiser GmbH

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Passau (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Mejju 2011 — Konstantin Toltschin vs Kaiser GmbH

    (Kawża C-230/11)

    2011/C 269/39

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Arbeitsgericht Passau

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Konstantin Toltschin

    Konvenuta: Kaiser GmbH

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Diċembru 2007 jew l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi li tipprovdi li, fil-każ fejn hemm tnaqqis tal-ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa minħabba applikazzjoni leġittima ta’ qgħad parzjali, id-dritt ta’ ħaddiem b’xogħol parzjali li jitlob leave annwali bi ħlas jiġi aġġustat pro rata abbażi tan-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa matul il-qgħad parzjali u tan-numru ta’ ġranet ta’ xogħol ta’ ħaddiem full-time u, għalhekk, matul il-perijodu ta’ qgħad parzjali, il-ħaddiem jikseb biss dritt għal leave li huwa proporzjonalment limitat?

    (2)

    Fil-każ ta’risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Diċembru 2007 jew l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi li tipprovdi li, fil-każ ta’ tnaqqis tal-ħin tax-xogħol fil-ġimgħa għal “żero ġranet” minħabba applikazzjoni leġittima ta’ “qgħad parzjali b’żero sigħat ta’ xogħol”, id-dritt ta’ ħaddiem b’qgħad parzjali għal leave annwali bi ħlas jitnaqqas pro rata għal żero, u konsegwentement, matul dan il-perijodu ta’ “qgħad parzjali b’żero sigħat ta’ xogħol”, il-ħaddiem ma jikseb ebda dritt għal leave?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


    Top