EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0185

Kawża C-185/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rebubblika tas-Slovenja

ĠU C 269, 10.9.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/20


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rebubblika tas-Slovenja

(Kawża C-185/11)

2011/C 269/37

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K.-Ph. Wojcik, M. Žebre u N. Yerrell)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li, billi ttrasponietx korrettament u integralment fl-ordniament ġuridiku tagħha d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE (1) u 92/49/KEE (2), ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 73/239/KEE u l-Artikoli 29 u 39 tad-Direttiva 92/49/KEE kif ukoll l-Artikoli 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE skada fl-1 ta’ Mejju 2004.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346.


Top