EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0404

Kawża T-404/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Ottubru 2009 — Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar)

ĠU C 297, 5.12.2009, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2009 — Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar)

(Kawża T-404/09)

2009/C 297/47

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Lulju 2009, fil-Każ R 379/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: waħda magħmula mit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar servizzi fil-klassi 39 (Applikazzjoni Nru 6 733 315)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: L-Uffiċċju konvenut applika kriterju ta’ evalwazzjoni għat-trade mark kkontestata li mhuwiex konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza. B’mod partikolari huwa injora li fl-applikazzjoni għal trade marks ta’ kuluri għal servizzi, għandu jintuża kriterju ta’ evalwazzjoni differenti minn dak li jintuża fl-applikazzjoni għal prodotti.


Top