Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0376

Kawża T-376/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Mejju 2011 — Glenton España vs UASI — Polo/Lauren (POLO SANTA MARIA) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva POLO SANTA MARIA — Trade mark Benelux figurattiva preċedenti li tirrappreżenta siluwett ta’ plejer tal-polo — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 194, 2.7.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — Glenton España vs UASI — Polo/Lauren (POLO SANTA MARIA)

(Kawża T-376/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva POLO SANTA MARIA - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti li tirrappreżenta siluwett ta’ plejer tal-polo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 194/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glenton España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti R. Black, R. Guthrie, solicitors, u S. Malynicz, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 594/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP, u Glenton España, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Glenton Glenton España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


Top