This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0358
Case C-358/09 P: Appeal brought on 7 September 2009 by DSV Road NV against the judgment of the Court of First Instance (Fourth Chamber) of 8 July 2009 in Case T-219/07 DSV Road NV v Commission
Kawża C-358/09 P: Appell ippreżentat fis- 7 ta’ Settembru 2009 minn DSV Road NV kontra s-sentenza tat- 8 ta’ Lulju 2009 tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-219/07, DSV Road NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża C-358/09 P: Appell ippreżentat fis- 7 ta’ Settembru 2009 minn DSV Road NV kontra s-sentenza tat- 8 ta’ Lulju 2009 tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-219/07, DSV Road NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 297, 5.12.2009, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/17 |
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2009 minn DSV Road NV kontra s-sentenza tat-8 ta’ Lulju 2009 tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-219/07, DSV Road NV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-358/09 P)
2009/C 297/22
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Appellanti: DSV Road NV (rappreżentanti: A. Poelmans u G. Preckler, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
DSV Road NV titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat, u |
— |
tannulla fit-totalità tagħha s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-219/07. |
Kemm il-darba, fil-każ li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tiġi annullata, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tagħti deċiżjoni fuq il-mertu hija stess:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-24 ta’ April 2007, dwar it-talba ppreżentata mir-Renju tal-Belġju [fajl REC 05/02, C(2007) 176], deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni kkonstatat li d-dazji fuq l-importazzjoni li kienu jammontaw għal EUR 168 004,65 u li kienu s-suġġett tat-talba tar-Renju tal-Belġju tat-12 ta’ Awwissu 2002, kellhom jiddaħħlu fil-kontijiet a posteriori u li r-remmissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni li tammonta għal EUR 168 004,65 u li kienet is-suġġett tat-talba tar-Renju tal-Belġju tat-12 ta’ Awwissu 2002 mhijiex iġġustifikata, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi |
Aggravji u argumenti prinċipali
(1) |
F’dak li jikkonċerna l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK (1) L-ewwel aggravju: meta applikat l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Marzu 2006 (2), b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-oneru li jiġi pprovat li ċ-ċertifikati mhux korretti nħarġu abbażi ta’ preżentazzjoni żbaljata tal-fatti min-naħa tal-esportatur, peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza mhux biss iddeċidiet li, mingħajr ebda dubju, dan l-oneru kien fuq l-awtoritajiet doganali li riedu jdaħħlu d-dazji fil-kontijiet a posteriori, iżda wkoll li din il-prova għandha tiġi prodotta permezz ta’ dokumenti oriġinali oġġettivi. B’dan il-mod il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat ħażin l-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK u applikat id-dritt Komunitarju b’mod żbaljat, bil-konsegwenza li kisritu. Għalhekk hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tirrimedja din l-applikazzjoni żbaljata tad-dritt. It-tieni aggravju: fl-evalwazzjoni tal-prova prodotta quddiemha, il-Qorti tal-Prim’Istanza f’kull każ adottat interpretazzjoni żbaljata peress li l-prova inkwistjoni mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Marzu 2006 ċċitata iktar ’il fuq (3). B’dan il-mod, il-Qorti tal-Prim’Istanza għamlet kwalifika ġuridika żbaljata tal-prova prodotta quddiemha u konsegwentement kisret id-dritt Komunitarju (4). Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li, meta evalwat il-prova, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ddeċidietx b’unanimità u għalhekk tat sentenza paradossali peress li, minn naħa, iddeċidiet li l-provi prodotti mill-Kummissjoni, li kellha l-oneru li tipprova li ċ-ċertifikati mhux korretti kienu nħarġu abbażi ta’ preżentazzjoni żbaljata tal-fatti min-naħa tal-esportatur, kienu suffiċjenti u li, min-naħa l-oħra, fl-istess ħin ċaħdet dawn l-elementi probanti minħabba li ma kinux suffiċjenti sabiex jipproduċu l-prova, invokata mir-rikorrenti, li l-awtoritajiet doganali Tajlandiżi kienu jafu, jew minn tal-inqas, kellhom raġonevolment ikunu jafu li l-merkanzija ma setgħetx tibbenefika minn trattament preferenzjali. Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi li l-iżbalji li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet fl-interpretazzjoni u l-evalwazzjoni tal-atti tal-proċess prodotti bħala provi jikkostitwixxu nuqqas ta’ motivazzjoni (5). |
(2) |
F’dak li jikkonċerna l-Artikolu 239 tal-KDK Aggravju uniku: il-Qorti tal-Prim’Istanza kienet iddeċidiet b’mod żbaljat meta, billi bbażat ruħha fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 220(2)(b) tal-KDK u fuq l-iżbalji li hija wettqet fl-evalwazzjoni tal-atti tal-proċess prodtti bħala provi, iddeċidiet li s-sitwazzjoni li fiha kienet tinsab l-appellanti ma kinitx sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-KDK. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p.1)
(2) Sentenza tad-9 ta’ Marzu 2006, Beemsterboer, Kawża C-293/04, Ġabra p. I-2263
(3) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2
(4) Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, An Taisce u WWF UK vs Il-Kummissjoni, Kawża C-325/94 P, Ġabra 1996, p. I-3739-3740, punti 28 u 30
(5) Sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Il-Kummissjoni vs Lisrestal et, Kawża C-32/95 P, Ġabra 1996, p. I-5399, punt 40