Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0196

    Kawża C-196/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej fid- 29 ta' Mejju 2009 — Paul Miles et, Robert Watson Mac Donald vs Is-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel Ewropej

    ĠU C 193, 15.8.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 193/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej fid-29 ta' Mejju 2009 — Paul Miles et, Robert Watson Mac Donald vs Is-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel Ewropej

    (Kawża C-196/09)

    2009/C 193/11

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Bord tal-Appell tal-Iskejjel Ewropej

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Paul Miles et, Robert Watson Mac Donald

    Konvenuta: Is-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel Ewropej

    Domandi preliminari

    1)

    L-artikolu 234 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti bħal ma hija l-Bord tal-Appell, imwaqqaf bl-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej (1), jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u, peress li huwa jiddeċiedi fl-aħħar istanza, huwa marbut li jagħmel rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 12 u 39 tat-Trattat KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ ħlas tas-salarju bħal dik fis-seħħ fl-iskejjel Ewropej, liema sistema, filwaqt li tirreferi espressament għal dik tal-uffiċjali Komunitarji, ma tippermettix li jittieħed kompletament inkunsiderazzjoni, anki b’mod retroattiv, id-deprezzament ta’ valuta li twassal għat-telf tal-poter tal-akkwist għall-għalliema ssekondati mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, differenza fis-sitwazzjoni kif ikkonstatata bejn, minn naħa, l-għalliema ssekondati fl-iskejjel Ewropej, li s-salarju tagħhom huwa kopert fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u mill-iskola Ewropea li fiha jgħallmu u, min-naħa l-oħra, l-uffiċjali tal-Komunità Ewropea, li s-salarju tagħhom huwa kopert esklużivament minnha, tista’ tiġġustifika, fid-dawl tal-prinċipji li jinsabu fl-artikoli ċċitati iktar ’il fuq u filwaqt li r-regolamenti [tal-persunal issekondat fl-iskejjel Ewropej] jirreferi espressament għal dak tal-uffiċjali Komunitarji, li r-rati tal-kambju użati sabiex tiġi żgurata ż-żamma tal-poter tal-akkwist ma jkunux l-istess?


    (1)  ĠU 1994, L 212, p. 3.


    Top