This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0058
Case T-58/08 P: Appeal brought on 8 February 2008 by Commission of the European Communities against the judgment of the Civil Service Tribunal delivered on 27 November 2007 in Case F-122/06, Roodhuijzen v Commission
Kawża T-58/08 P: Appell ippreżentat fit- 8 ta' Frar 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fis- 27 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-122/06, Roodhuijzen vs Il-Kumissjoni
Kawża T-58/08 P: Appell ippreżentat fit- 8 ta' Frar 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fis- 27 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-122/06, Roodhuijzen vs Il-Kumissjoni
ĠU C 92, 12.4.2008, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 92/38 |
Appell ippreżentat fit-8 ta' Frar 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fis-27 ta' Novembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-122/06, Roodhuijzen vs Il-Kumissjoni
(Kawża T-58/08 P)
(2008/C 92/77)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Appellat: Anton Pieter Roodhuijzen (Lussemburgu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu)
Talbiet ta' l-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta' Novembru 2007 fil-Kawża F-122/06, Roodhuijzen vs Il-Kummissjoni |
— |
tiċħad ir-rikors ta' A. P. Roodhuijzen; |
— |
tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha ta' din l-istanza u ta' l-istanza quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-preżenti appell, il-Kummissjoni qed titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta' Novembru 2007, mogħtija fil-kawża Roodjuijzen vs Il-Kummissjoni, F-122/06, li tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrikonoxxix is-sħubija mhux matrimonjali tar-rikorrent għall-finijiet ta' l-Iskema Konġunta ta' l-Assigurazzjoni kontra l-Mard tal-Komunitajiet Ewropej.
In sostenn ta' l-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji ta' annullament.
Bħala l-ewwel aggravju, il-Kummissjoni targumenta li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda ultra vires bi ksur ta' l-Artikolu 1(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u bi ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni, in kwantu ċaħad argument tar-rikorrent f'dan ir-rigward u bidlu b'argument tiegħu mingħajr, madankollu, ma ppermetta lill-Kummissjoni tirrispondi għall-istess u, minħabba f'hekk, injora d-drittijiet ta' difiża tagħha.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq allegat żball ta' liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta' “sħubija”, kif jinsab fl-Artikolu 1(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jagħti d-dritt lis-sieħeb/sieħba ta' uffiċjal li jkun/tkun kopert/a mill-Iskema Konġunta ta' l-Assigurazzjoni kontra l-Mard.
It-tielet aggravju, invokat sussidjarjament, huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.