Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0418

    Kawża T-418/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — OSA vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u t-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza” )

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — OSA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-418/08) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u t-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)

    2013/C 156/54

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ochranný svaz autorský pro práva k dílům hudebním o. s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Biolan, aġenti)

    Partijiet konvenuti in sostenn tar-rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u K. Van Hove, avukati); u European Broadcasting Union (EBU) (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698– CISAC).

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Ochranný svaz autorský pro práva k dílům hudebním o. s. (OSA).

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


    Top