EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0071

Kawża C-71/08: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/22


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-71/08)

(2008/C 92/41)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: P. Dejmek, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tiddikjara li, billi naqset milli tadotta l-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (1), emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta' April 2006, li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti limiti ta' żmien (2), jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinforma lill-Kummissjoni b'dan, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 70 ta' dik id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali domestika skada fil-31 ta' Jannar 2007.


(1)  ĠU L 145, p. 1.

(2)  ĠU L 114, p. 60.


Top